Imniedi s-servizz ta' 'Gozo Highspeed'

Dan is-servizz huwa riżultat ta' kollaborazzjoni bejn Virtu Ferries Gozo u Gozo Fast Ferries, f'dak li ġie msejjaħ servizz li joffri konvenjenza fil-vjaġġi tiegħu li huwa veloċi u affidabbli. Fi stqarrija ġie spjegat li dan is-servizz se jkollu numru ta' vjaġġi kuljum sabiex dawk li jagħmlu użu mis-servizz ikollhom inqas ħin ta' stennija

Ġie mniedi s-servizz ta' 'Gozo Highspeed', bil-għan li jingħata servizz ta' konnettività bejn Malta u Għawdex, li se tofri numru ta' vjaġġi skedati kuljum.

Dan is-servizz huwa riżultat ta' kollaborazzjoni bejn Virtu Ferries Gozo u Gozo Fast Ferries, f'dak li ġie msejjaħ servizz li joffri konvenjenza fil-vjaġġi tiegħu li huwa veloċi u affidabbli. Fi stqarrija ġie spjegat li dan is-servizz se jkollu numru ta' vjaġġi kuljum sabiex dawk li jagħmlu użu mis-servizz ikollhom inqas ħin ta' stennija.

Hawn intqal li t-tim ta' esperti ta' Gozo Highspeed huwa ddedikat li jagħti servizz komdu u ta' min jafdah.

Fit-tnedija ta' dan is-servizz ġiet imħabbra wkoll offerta għall-Għawdxin, li jistgħu jibbenefikaw minn seba' biljetti lura lejn Għawdex li jridu jintużaw f'ġimgħa għal €20. Apparti minn hekk wieħed jista' jixtri wkoll biljetti online minn minimu ta' €9.50 li jinkludi vjaġġ ta' ritorn.

Dan is-servizz huwa mmirat kemm għat-turisti, kif ukoll għar-residenti li jivjaġġaw bejn il-gżejjer, bil-għan li wieħed ma jdumx jistenna ħafna biex jaqsam il-fliegu permezz ta' vjaġġi frekwenti.

More in Socjali