Jekk int imdorri tfittex u tiġbor ir-rizzi meta tmur sa ħdejn il-baħar se jkollok tistenna sentejn biex terġa' tagħmel dan. Dan għaliex mil-lum daħal fis-seħħ moratorju ta' sentejn li tagħmel il-ġbir tar-rizzi mix-xtut tagħna illegali.
Dan il-pass ittieħed bil-għan li nissalvagwardjaw il-popolazzjoni tar-rizzi fil-gżejjer Maltin hekk kif l-aħħar snin, l-ammont ta' rizzi naqas drastikament. Il-Ministru Miriam Dalli f'post fuq Facebook sostniet illi li kieku ma sarx dan il-pass kien hemm ċans li dawn jiġu estinti għal kollox.
Għaldaqstant, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said u d-Dipartiment tal-Akkwakultura ġie varat proġett fil-laboratorju ta' San Luċjan biex titkattar il-popolazzjoni tar-rizzi li se jkompli jikber fil-futur.
Iżda tinkwieta xejn! Jekk għandek għal qalbek ikla tajba, l-importazzjoni tar-rizzi minn pajjiżi oħra mhux se tkun affettwata.