Kontaminazzjoni fil-Bajja tal-Balluta f’San Ġiljan

Din ikkawżata mill-preżenza tal-E. Coli u l-I. Enterococci

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ avviż li mhux rakkomandat għawn fil-Bajja tal-Balluta f’San Ġiljan. Dan għalhiex hemm preżenza ta’ kontaminazzjoni mikrobioloġika mill-E. Coli u l-I. Enterococci.

Dawn jippreżentaw riskju għall-għawwiema.

Is-sors tal-kontaminazzjoni għadu qed jiġi investigat, u f’dan l-istadju wieħed ma jistax ibassar kemm se ddum.

More in Socjali