Il-Ġimgħa 1 ta’ Settembru, is-Surmast rinomat André Rieu, akkumpanjat mill-Johan Strauss Orchestra, tella’ l-ewwel spettaklu tiegħu fil-gżejjer Maltin.
Rieu biegħ aktar minn 40 miljun album tul il-karriera illustrija tiegħu, tul liem stabbilixxa ruħu bħala ikona mużikali fuq skala globali. Huwa kunduttor popolarissimu li huwa apprezzat anke minn nies li m’humiex daqshekk midħla tal-ġenru klassiku.
Dan l-ispettaklu sar quddiem folla ta 14,000 persuna miġbura fil-Fosos tal-Furjana.
Fost is-siltiet ta’ mużika li ndaqqet, l-orkestra saħħret l-udjenza b’rendizzjonijiet ta’ Nel blu dipinto di blu, Ballade pour Adeline, Voilà, Can’t Help Falling in Love with You u Oh Happy Day. Il-kunċert ikkonkluda b’encore memorabbli tal-waltzijiet Blue Danube u Radetsky March. Rieu kellu sorpriża għall-udjenza Maltija, hekk kif temm is-serata b’rendizzjoni tad-diska klassika Maltija Xemx.
It-tieni spettaklu ta’ Rieu u l-orkestra tiegħu se jittella’ s-Sibt 2 ta’ Settembru.