1,729 kontravenzjoni waqt spezzjonijiet f’Awwissu
Dawn jinkludu 278 multa amministrattiva, kif ukoll 1,451 każ riferut lit-Tribunal Lokali
More in Socjali
Dawn jinkludu 278 multa amministrattiva, kif ukoll 1,451 każ riferut lit-Tribunal Lokali
Transport Malta ħabbret li l-ispezzjonijiet fit-toroq li wettqet tul ix-xahar t’Awwissu wasslu għall-ħruġ ta’ 1,729 kontravenzjoni. Dawn jinkludu 278 multa amministrattiva, kif ukoll 1,451 każ riferut lit-Tribunal Lokali.
Fi stqarrija li ħarġet l-entità, spjegat li “dawn l-operazzjonijiet isaħħu l-impenn tagħna għas-sikurezza fit-toroq, u jiżguraw il-protezzjoni tal-komunitajiet tagħna.”
Stqarret ukoll kif l-għanijiet ta’ dawn l-ispezzjonijiet kienu “l-promozzjoni tas-sikurezza fit-toroq, il-konformità mar-regolamenti tat-traffiku, u l-iżgurar tal-benessri tal-utenti kollha tat-triq.”
Jonathan Borg, il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, iddikkjara li, “n-numru sinifikanti ta’ ksur identifikati waqt l-ispezzjonijiet ta’ Awwissu juri l-impenn bla waqfien tal[1]Awtorità biex titjieb s-sigurtà fit-toroq madwar pajjiżna. L-infurzar tar-regolamenti huwa essenzjali għat-titjib tal-komunitajiet u s-sigurtà ta’ kull min juża t-toroq.”
Patrick Pollacco, id-Direttur għall-Infurzar tal-entità żied li, “dawn l-ispezzjonijiet huma ta’ importanza kbira għalina. Dawn iservu bħala għodda qawwija fil-missjoni tagħna biex inżommu l-ogħla standards ta’ sigurtà fit-toroq tagħna. Permezz tal-isforzi bla waqfien tagħna, aħna nimmiraw li nnaqqsu r-riskju ta’ inċidenti u nippromwovu mġieba responsabbli fit-toroq.”