Tibda t-tneħħija tal-iscrapyard illegali fix-Xewkija Għawdex

IL-PA bdiet taħdem fuq it-tneħħija tal-iscrapyard illegali li hemm fix-Xewkija u tappella li rimi ta’ vetturi għandu isir f’faċilitá liċenzjata

Kmieni dalgħodu beda l-proċess tat-tneħħija tal-iscrapyard illegali li hemm fix-Xewkija Għawdex. L-Awtoritá tal-Ippjanar (PA) flimkien mal-pulizija, ħadet il-passi meħtieġa wara li kemm-il darba avżaw lis-sid biex jimxi skont ir-regolamenti u l-infruzar biex inaddaf is-sit. Tul il-medda ta’ żmin, minn għalqa spiċċat bħala sitt ta’ rimi għall-vetturi u partijiet oħra.  

L-iscrapyard illegali fiha madwar 25,000m2 u tinsab f'tal-Ħniena x-Xewkija, hija soġġetta għal żewġ avviżi ta’ infurzar, li wieħed minnhom iġorr multa ta’ €50,000. 

Trakkijiet diġá bdew inaddfu ħafna mill-materjal u ttieħed f’faċilitá liċenzjata. L-PA qed tagħmel dan bl-għan li għalqa terġa tieħu ix-xejra oriġinali tagħha qabel ma ġiet abbużata. 

Il-PA tiġbed l-attenzjoni biex tavża lill-pubbliku li vetturi għandhom jintremew b’mod legali f’postijiet liċenzjati u mhux f’post oħra.

 

More in Socjali