Baġit 2024| Tiżdied il-grant għall-first-time buyers
Il-grant għal first-time buyers se tiżdied għal €15,000 f’Malta u €40,000 f’Għawdex
More in Socjali
Il-grant għal first-time buyers se tiżdied għal €15,000 f’Malta u €40,000 f’Għawdex
Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, qal li fil-baġit tas-sena l-oħra, il-Gvern kien ħabbar għotja ta’ €1,000 fis-sena għal għaxar snin lil dawk li xtraw l-ewwel dar tagħhom fis-sena 2022 ‘il quddiem. Fl-ewwel sena kien hemm investiment ta’ €3 miljun, u liema allokazzjoni se tikber għal €5 miljun u mitejn elf.
First-time buyers f’Malta, meta jiġu biex jixtru proprjetà, il-grant se tiżdied għal €15,000.
Għawdex se jingħataw inċentivi fejn jidħol xiri ta’ proprejatijiet Urban Conservation Areas (UCA) jew ta’ proprjetajiet vakanti. Il-grant li se jingħataw lill-first-time buyers f’Għawdex se jitla’ għal €40,000 minn €30,000. Dan minbarra l-għajnuniet b’saħħithom l-oħra ta’ eżenzjoni mit-taxxa għal kull min jixtri din it-tip ta’ proprjetà.
L-iskema tal-Għotja biex tgħin lis-Sidien fil-Bini, Irranġar u/jew Tkomplija tal-Ewwel Residenza Tagħhom (‘GFR’) hija għal dawk li ngħataw rifużjoni tal-ammont li jħallsu f’VAT meta jkun qed jirranġaw jew jibnu jew jkomplu l-ewwel dar tagħhom. Caruana sostna li ser titneħħa l-anomalija li tinsab f’din l-iskema sabiex persuni li jixtru waħedhom, jirċievu l-istess ammont daqs koppji, biex ma jkunx hemm diskriminazzjoni, saħaq il-Ministru.
Il-Ministru ħabbar li se tkun estiża għal sena oħra l-iskemi tat-tnaqqis fit-taxxa tal-Boll għall-first-time buyers u s-second-time buyers.
Min-naħa l-oħra, din l-iskema mhix se tkun estiża għal Għawdex minn Diċembru 2023.
Inċentivi għal bejgħ jew xiri ta’ propretajiet
Caruana saħaq li se jitkomplew jingħataw inċentivi fiskali lil min qed ibigħ jew jixtri proprejtà li ilha mibnija għal aktar minn 20 sena u ilha vakanti għal aktar minn 7 snin jew proprjetà li tinsab f’żona ta’ UCA. Dawn se jibqgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni tat-taxxa tal-Capital Gains u t-taxxa tal-Boll b’mod komplut fuq l-ewwel €750,000 tal-prezz tal-proprjetà u jiffrankaw VAT sa massimu ta’ €54,000 fuq l-ewwel €300,000 fi spejjeż ta’ restawr u rfinar.
Fondi għall-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli
Caruana qal li fil-baġit preċedenti, l-Gvern kien alloka fondi annwali lejn il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli li twaqfet f’Jannar 2022 flimkien mal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Din l-entità ħadmet sabiex toffri soluzzjonijiet hħal persuni li jistgħux jaċċessaw akkomodazzjoni soċjali offruta mill-Awtorità tad-Dar u saħansitra jsibuha diffiċli jaċċessaw akkomodazzjoni fis-settur privat.
Caruana qal li l-Fondazzjoni qiegħda taħdem biex ikun hemm provvista ġdida ta’ djar, għodda finanzjarji, programmi mmirati bl-għajnuna tal-privat filwaqt li twettaq studji ta’ riċerka sabiex titjieb il-qagħda ta’ dawn il-persuni. Il-Gvern se jalloka fondi għall-amministrazzjoni tal-Fondazzjoni.