Baġit 2024| Żidiet fl-istipendji u appoġġ edukattiv

L-istipendji se jiżdiedu b’€64, il-Gvern qed jippjana li jgħolli b'mod sostanzjali l-istipendji għal korsijiet speċifiċi, f'oqsma bħall-edukazzjoni primarja u l-istudji xjentifiċi. 

Il-Ministru tal-Finanzi ta’ Malta, Clyde Caruana, żvela zidiet fl-istipendji, kif ukoll appoġġ għal korsijiet kruċjali u edukazzjoni għolja. 

Żidiet fl-istipendjiL-istipendji se jaraw żieda sostanzjali ta’ €64 is-sena d-dieħla. Skont Caruana, din iż-żieda hija pro-rata għaż-żieda fl-għoli tal-ħajja. 

Appoġġ Korsijiet Kruċjali: Minbarra ż-żieda ġenerali fl-istipendji, Caruana żvela li l-Gvern se jgħolli b’mod sinifikanti l-istipendji għal korsijiet speċifiċi. Fost il-korsijiet li se jaraw żidiet sostanzjali fl-istipendji hemm dawk għall-għalliema tal-livell primarju u edukaturi fl-istudji xjentifiċi u matematiċi. 

Appoġġ Kontinwa għall-Edukazzjoni Għolja: Il-baġit se jżomm ukoll il-provvediment tiegħu ta' krediti ta' taxxa għal studenti li qed isegwu aktar studji fil-livelli ta' Masters u Dottorat. Dan l-appoġġ huwa offrut permezz ta’ inizjattivi bħall-programmi Get Qualified u Higher Educational Qualifications. 

More in Socjali