Malta tirdoppja l-kontribuzzjoni annwali lill-UNRWA

Il-Ministeru irdoppja l-kontribuzzjoni annwali tiegħu lill-UNRWA, u se jinġabru fondi mill-pubbliku sabiex tingħata l-għajnuna umanitarja meħtieġa lil dawk vulnerabbli 

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ sostna li kkundanna mmedjatament l-att ta’ terroriżmu mwettaq kontra l-Iżrael mill-Ħamas, iżda tenna li huwa importanti li jkun hemm distinzjoni bejn il-Ħamas u ċ-ċivili Palestinjani. 

Il-Ministeru irdoppja l-kontribuzzjoni annwali tiegħu lill-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Għajnuna u x-Xogħlijiet għar-Refuġjati tal-Palestina (UNRWA), li taħdem biex tassisti lil dawk il-Palestinjani vulnerabbli. 

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Guterres, saħaq li jistgħu dalwaqt ikunu qed jaffaċċjaw katastrofi umanitarja. Għalhekk, il-Ministeru qiegħed isegwi żviluppi umanitarji li joħorġu ta’ kuljum mill-Gaża. 

Il-Ministeru ħa l-inizjattiva biex jiffaċilitá lill-membri tal-pubbliku li jixtiequ jagħtu donazzjoni ta’ fondi għal Gaża biex imbagħad jitqassmu b’mod ugwali bejn l-UNRWA. Il-Kumitat Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, qed jaħdem ukoll biex jindirizza s-sitwazzjoni umanitarja urġenti f’Gaża.

Dawk li jixtiqeu jgħinu billi jagħtu donazzjoni li se jingħataw lill-organizzazzjonijiet msemmija, jistgħu jagħmlu dan permezz tal-kont fil-Bank Ċentrali ta’ Malta: 

Isem: Humanitarian Fund

Numru tal-kont bankarju: MT63MALT011000041005EURCMG50000

Indirizz: 331, ALLIED HOUSE, DCS -3RD FLOOR S VLT1060, VALLETTA

Il-Ministeru saħaq li jimpenja ruħu sabiex il-fondi li jinġabru jintużaw biex  jassistu nies vulnerabbli f’Gaża.  Id-deċiżjoni li jinġabru fondi aktar milli oġġetti ttieħdet wara d-diffikultajiet riċenti biex l-għajnuna umanitarja tgħaddi mill-qsim ta’ Rafah mill-Eġittu għal Gaża.

More in Socjali