Numri ta’ inċidenti ta’ traffiku ikkawżaw traffiku madwar il-gżira kollha.
Ġew irrappurtati numru ta’ inċidenti t-Tlieta, fosthom f’Imdina Road, Żebbuġ; Psaila Street, Birkirkara; Triq il-Kannoza, Balzan; Triq Buqana u Triq Ċensu Moran, Paola.
Apparti l-inċidenti li qed iseħħu, bħalissa ukoll għaddejjin b’xogħlijiet fit-toroq li jkompli jżid mat-traffiku.
Il-ġimgħa l-oħra, l-Infrastruttura Malta appellat biex is-sewwieqa jevitaw Pembroke u Swieqi għax-xhur li ġejjin għaliex se jkunu qed isiru xogħlijiet intensivi li beħsiebhom idumu sa Frar 2024.
Apparti dan, it-Tnejn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ħarġu studju li juri li ġew irreġistrati madwar 4,000 vettura ġdida fit-toroq Maltin. Jiġifieri, medja ta’ 69 vetturi jiġu reġistrati kuljum.