Malta tospita l-'Mediterranean Tourism Forum Ministers’ Summit'

Fost numru ta' pajjiżi, Malta se tospita l-'Mediterranean Tourism Forum Ministers’ Summit', sabiex ministri tat-turiżmu jiddiskutu it-temi tas-sostenibbiltà u d-diġitalizzazzjoni fil-qasam turistiku

Malta qiegħda tospita l-Mediterranean Tourism Forum Ministers’ Summit. 

Il-pajjiżi li se jipparteċipaw f’dan is-summit huma Malta, il-Kroazja, Ċipru, l-Eġittu, il-Greċja, il-Libja, l-Italja, il-Palestina u Spanja.

“Kemm bħala Malta, u r-reġjun Mediterranju, għandna nkunu iżjed innovattivi għal mod kif inżewġu t-tradizzjonijiet kulturali mal-preżent u l-futur permezz tat-teknoloġija,” saħaq il-Ministru Clayton Bartolo.

Dan is-summit, ippresedut mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, qiegħed ilaqqa’ Ministri għat-Turiżmu u rappreżentanti ta’ pajjiżi Mediterranji biex jiġu diskussi it-temi tas-sostenibbiltà u d-diġitalizzazzjoni fil-qasam turistiku.

Fil-bidu ta’ dan is-Summit, Bartolo qal li l-Mediterran qiegħed jiffaċċja sfidi bla preċedent speċjalment fejn tidħol tibdil fil-klima.

Bartolo saħaq li permezz ta’ diskussjonijiet se jixprunaw “x’għandhom ikunu d-deċiżjonijiet biex it-turiżmu fil-Mediterran ikun wieħed sostenibbli u aġġornat maż-żminijiet moderni”.

 

More in Socjali