Fl-2021, l-Unjoni Ewropea rat żieda fir-reġistrazzjoni fl-edukazzjoni vokazzjonali, partikolarment f'livelli ogħla. Malta ħarġet bħala pajjiż li spikka notevolment fid-diversità tas-sessi fi ħdan il-programmi vokazzjonali.
Minn statistika maħruġa mill-Eurostat juri li filwaqt li l-medja tal-UE wriet 43.9% gradwati nisa minn programmi vokazzjonali minn livelli terzjarji, Malta qabżet l-aspettattivi bi 83.1% ta’ gradwati nisa f’edukazzjoni vokazzjonali post-sekondarja mhux terzjarja.
Internazzjonalment, pajjiżi bħall-Irlanda, il-Finlandja u l-Olanda wrew perċentaġġ ogħla ta’ gradwati nisa, filwaqt li oħrajn, inklużi Ċipru u l-Litwanja, irrappurtaw ċifri aktar baxxi.
Malta, iżda, spikkat bħala mudell għall-inklussività tal-ġeneru. Anke fil-livell post-sekondarju mhux terzjarju, fejn l-iżbilanċi bejn is-sessi kienu jippersistu f’xi nazzjonijiet tal-UE, il-perċentaġġ ta’ 83.1% ta’ gradwati nisa enfasizza d-dedikazzjoni ta’ Malta biex tipprovdi opportunitajiet edukattivi ugwali.