BirdLife Malta bagħtet żewġ ittri lillPrim Imħallef Dr Mark Chetcuti, fejn sejħet għall-attenzjoni immedjata tal-Prim Imħallef dwar ħtieġa urġenti li jiġi appuntat maġistrat ġdid wara li għal aktar minn xharejn ittneħħiet il-Maġistrat Elaine Mercieca Rizzo li kienet qed tieħu ħsieb kawżi relatit ma’ reati ambjentali.
Fl-ewwel ittra mill-Kap Eżekuttiv tal-BirdLife Malta Mark Sultana, tispjega kif din is-sitwazzjoni mhux prevista ħolqot intopp sinifikanti, hekk kif il-każi pendenti qed ikomplu jakkumulaw, “Il-kriminalità ambjentali hija theddida serja għall-wirt naturali ta’ Malta.”
Dan l-aħħar BirdLife Malta kienet involuta f’inċident partikolari li kien jinvolvi Fjamingu, li għadu qed jinżamm magħluq f’gaġġa sakemm il-qorti tiddeċiedi dwar il-każ. “Aktar ma jgħaddi żmien ....iċ-ċansijiet li l-għasfur jibqa’ ħaj wara li jinħeles qed jonqsu.”
BirdLife saħqet fl-ittra li dan qed jixħet lil Malta f’dell ikrah u hemm bżonn ta’ maġistrat minnufih. Però, l-uffiċċju tal-Prim Imħallef wieġeb li mhi se ssir l-ebda sostituzzjoni qabel ma jiġu appuntati maġistrati ġodda oħra.
Din ir-riposta waslet biex il-BirdLife bagħtet it-tieni ittra fejn esġremiet it-tħassib tagħha li jkun ħażin ma ssirx il-ġustizzja mistħoqqa minħabba nuqqasijiet loġistiċi jew amministrattivi.
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Prim Imħallef intalab jagħti attenzjoni immedjata lil din il-materja u jieħu azzjoni f’waqtha billi jiżgura li jiġi appuntat maġistrat ġdid li jkun inkarigat minn kawżi ta’ reati ambjentali.
BirdLife Malta bagħtet żewġ ittri fejn sejħet għall-attenzjoni immedjata tal-Prim Imħallef dwar ħtieġa urġenti li jiġi appuntat maġistrat ġdid wara li għal aktar minn xharejn ittneħħiet il-Maġistrat Elaine Mercieca Rizzo li kienet qed tieħu ħsieb kawżi relatit ma’ reati ambjentali.
Fl-ewwel ittra mill-Kap Eżekuttiv v ta’ BirdLife Malta Mark Sultana, tispjega kif din is-sitwazzjoni mhux prevista ħolqot intopp sinifikanti, hekk kif il-każi pendenti qed ikomplu jakkumulaw, “Il-kriminalità ambjentali hija theddida serja għall-wirt naturali ta’ Malta.”