Għaddejjin ix-xogħlijiet fuq ġnien ġdid li se jipprovdi spazju aħdar sigur u terapewtiku għall-pazjenti ta’ Hospice Malta u l-familji tagħhom.
Dan il-ġnien, ħdejn iċ-ċentru l-ġdid tal-kura paljattiva ta’ Hospice Malta f’Santa Venera, huwa wieħed mis-16-il spazju miftuħ fil-komunità li Project Green qed tiffinanzja permezz tal-iskema Community Greening Grant ta’ €10 miljun.
Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli, flimkien ma’ Project Green u Hospice Malta żaru l-ewwel xogħlijiet li qed isiru f’dan il-ġnien ta’ madwar 2,700 metru kwadru li jinsab fost l-aktar żoni urbani f’Malta.
Dan il-proġett se jinkludi wkoll żoni ta’ veġetazzjoni, żoni ddedikati għat-tfal, kif ukoll spazju fejn il-familji tal-pazjenti jistgħu jirrilassaw. Il-proġett jinkludi wkoll ġibjun ġdid biex jinġabar l-ilma tax-xita għat-tisqija tal-ġnien.
Dalli qalet li “dan l-ispazju aħdar se joffri ambjent seren għall-pazjenti u l-familji tagħhom, filwaqt li tgħin lil Hospice Malta fil-missjoni tagħha li tappoġġa l-bżonnijiet fiżiċi, emozzjonali u spiritwali tal-pazjenti tagħha.”
Bernadette Bonnici Kind, Chairperson ta’ Hospice Malta, qalet li dan il-ġnien joffri serenità u trankwilità, kif ukoll ambjent terapewtiku li jkollhom bżonn il-pazjenti tal-Hospice.
Dalli spjegat kif Project Green stieden lill-kunsilli lokali, NGOs u għaqdiet oħra biex jipproponu proġetti ħodor fil-komunità tagħhom. “F’inqas minn sena ġew identifikati l-aktar proposti sostenibbli u llum qegħdin hawn” hekk kif tnieda dan il-proġett u semmiet il-15-il proġett li tħabbru fil-Baġit 2024.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green Steve Ellul, spjega kif l-iskema Community Greening Grant qed tagħti għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet bħal Hospice Malta, biex jinvestu fis-sostenibbiltà. Din l-iskema qed tiffinanzja mal-80,000 metru kwadru ta’ spazju miftuħ f’16-il lokalità differenti. “Hekk kif Project Green daqt se tkun qed tiċċelebra l-ewwel anniversarju mit-twaqqif tagħha, ħa tkun investiet f’40,000 metru kwadru ta’ spazji ġodda u rriġenerati