Malta baqgħet tirreġistra l-inqas rata ta’ qagħad fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, skont stħarriġ mill-Eurostat.
L-istatistika wriet rata ta’ qagħad ta’ 2.5% f’Malta, bir-rata ta’ qagħad fl-Unjoni Ewropea tkun ta’ 6.0%, filwaqt li fiż-żona Ewro r-rata ta’ għaqad hija ta’ 6.5%.
Ftit wara Malta hemm il-Polonja b’2.8%, ir-Repubblika Ċeka b’2.9% u l-Ġermanja b’3.1%. Mill-banda l-oħra l-ogħla rata ta’ qagħad fl-Unjoni Ewropea ġiet irreġistrat fi Spanja, b’rata ta’ qagħad ta’ 12% segwita mill-Iżvezja (8.0%).
Matul nofs din is-sena pajjiżna żamm rata ta’ qagħad stabbli, li kienet bejn 2.3% u 2.5%. Meta wieħed jipparaguna r-rata ta’ qagħad ta’ Ottubru 2022 u dak ta’ 2023, Malta kellha tnaqqis ta’ 0.3%.