L-operatur tal-lukanda Macina fl-Isla qed jipproponi lift estern tal-ħġieġ iżda s-Sovrantendenza għall-Wirt Storiku esprima tħassib serju dwar l-impatt tal-lift fuq il-bini storiku.
Il-proposta mressqa minn Senglea Hotel Operations tipprevedi wkoll il-bini ta’ pont li jgħaqqad il-lift maż-żona eżistenti tal-pixxina fuq il-bejt.
Il-Macina tokkupa pożizzjoni dominanti fuq ix-xatt tal-Isla u darba serviet bħala l-kwartieri ġenerali tal-Partit Laburista.
L-għaqda tal-Wirt Storiku talbet ukoll riratti tal-proġett li ġew sottomessi mill-applikant.
Wara s-sottomissjoni ta’ dawn ir-ritratti,il-Kumitat Konsultattiv tad-Disinn li jagħti pariri lill-Awtorità tal-Ippjanar dwar kwistjonijiet ta’ disinn, ikkonkluda li l-proposta se jkollha impatt ta’ ħsara fuq iż-Żona tal-Kottonera ta’ Valur Għoli ta’ Pajsaġġ u talab għal proposta riveduta li ttaffi dan l-impatt.
Il-kunsill lokali tal-Isla qed joġġezzjona wkoll għat-twissija ta’ żvilupp propost li dan se jkollu impatt viżiv negattiv fuq il-madwar.
Ir-ritratti juru lift tal-ħġieġ ogħla mill-bini eżistenti tal-lukanda u li jiddomina fuq il-binjiet storiċi tal-madwar.