Żminijietna tilqa' r-riforma tal-aġenziji ta' reklutaġġ

Żminijietna - Leħen ix-Xellug sostniet li tilqa' r-riforma tal-leġislazzjoni l-ġdida u ssostni biex il-ħaddiema temporanji b’aġenzija jkunu intitolati jissieħbu f’unjin tal-għażla tagħhom

L-Organizazzjoni Xellugija Żminijietna tħares 'il quddiem għall-leġislazzjoni li qed tiġi diskussa fil-Kamra tad-Deputati u tilqa’ l-għan li jiġu regolati l-aġenziji tar-reklutaġġ.

F'Novembru, il-gvern ħabbar li għandu l-ħsieb li jrażżan l-abbuż minn temping agencies li jimportaw ħaddiema minn barra l-UE b'regoli ġodda li jeħtieġu li jakkwistaw liċenzja biex joperaw.

Ir-regoli l-ġodda se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ April 2024 iżda l-operaturi se jkollhom sal-1 ta’ Ġunju biex jaġġustaw l-operazzjonijiet tagħhom skont dan. L-aġenziji tar-reklutaġġ jistgħu jibdew japplikaw għal-liċenzja fl-1 ta’ Jannar.

Żminijietna żiedet tgħid li "din il-bidla fis-suq tax-xogħol Ewropej waslet għal żieda fl-impjiegi prekarji bbażati fuq kuntratti ta' xogħol temporanji, u mpjieg atipiċi".

L-għaqda stqarret li huwa important li l-leġislazzjoni l-ġdida tirrifletti l-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali, kif ukoll li l-ħaddiema jingħatalhom perjodu ta’ xahar biex isibu mpjieg alternattiv f'każ ta' terminazzjoni tal-impjieg.

Fi stqarrija stampa maħruġa s-Sibt, Żminijietna żiedet tgħid li ħaddiem għandu jkollu kull dritt li jingħaqad ma’ unjin mandatorja tal-għażla tiegħu.

Fl-aħħar ssotniet li taqbel mal-proposta sabie jiġi standardizzat il-ħlas għall-permess tax-xogħol u li jitneħħew dawk l-aġenziji li ma jimxux mal-liġi. 

More in Socjali