Agius Saliba laqa b’sodisfazzjon id-deċiżjoni fuq kuntratti tat-telekomunikazzjoni

Erba’ xhur ilu L-MPE Alex Agius Saliba talab lil Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni sabiex tinvestiga abbuż mill-kumpaniji li joperaw f’dan il-qasam li kien qed jikkawża inċertezza għall-konsumatur Malti; filwaqt li  laqa b’sodisfazzjon id-deċiżjoni mittieħda dwar il-miżura l-ġdida tal-prezzijiet tat-telekomunikazzjoni

Erba’ xhur ilu L-MPE Alex Agius Saliba talab lil Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni sabiex tinvestiga abbuż mill-kumpaniji li joperaw f’dan il-qasam li kien qed jikkawża inċertezza għall-konsumatur Malti. L-investigazzjonijiet taw raġun u wasslu sabiex ġew introdotti numru ta’ miżuri.

Kumpaniji li joffru pakketti ta’ komunikazzjoni diġitali se jkunu jistgħu jgħollu l-prezzijiet matul il-kuntratt f’każ biss li dan ma jkunx itwal minn sitt xhur. Għalhekk il-maġġoranza tal-kuntratti, li normalment ikunu għal sentejn, mhux se jkunu effettwati u l-konsumatur Malti se jkun protett minn żidiet mhux mistennija fil-prezzijiet. Barra minn hekk, il-kumpaniji se jkollhom l-obbligu li jiksbu l-kunsens tal-klijent għal dawn iż-żidiet.

Agius Saliba laqa b’sodisfazzjon id-deċiżjoni mittieħda u irrimarka l-importanza li nkunu għaqlin fil-ħidma.

Agius Saliba qal li “Ressaqt it-talba tiegħi dwar żidiet inġusti fil-prezzijiet tal-komunikazzjoni quddiem l-Awtorità Maltija responsabbli għaliex din il-materja hija ta’ kompetenza nazzjonali.” Filwaqt li saħaq li mhux se joqgħod lura milli tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

Fl-aħħarnett, Agius Saliba saħaq li jħares il-quddiem sabiex ikompli jikkontribwixxi fix-xhur li fadal minn din il-leġislatura, u fil-leġislatura li jmiss jekk jerġa jiġi elett. “Ninsab sodisfatt li l-Eżekuttiv Nazzjonali approva b’mod unanimu l-kandidatura tiegħi f’isem il-Partit Laburista għall-elezzjoni li ser issir f’Ġunju li ġej. Nħares il-quddiem sabiex inkompli nistinka biex nikseb l-aqwa riżultat għal Maltin, speċjalment għal min hu batut u għal dawk l-iżjed fil-bżonn.”

More in Socjali