Aktar sfiduċja fil-politika skont sondaġġ tal-MaltaToday

Sondaġġ ippubblikat fil-gazzetta oħt MaltaToday jindika bl-iktar mod ċar il-kriżi fil-politika Maltija b’41% tal-elettorat ma jafdaw l-ebda mexxej jew kap politiku

Sondaġġ ippubblikat il-Ħadd fil-gazzetta oħt MaltaToday jindika bl-iktar mod ċar il-kriżi fil-politika Maltija b’41% tal-elettorat ma jafdaw l-ebda mexxej jew kap politiku. Il-messaġġ huwa ċar li l-Maltin u l-Għawdxin huma mdejqin bil-politiċi. Għalkemm l-iktar sfiduċja tidher fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li jkompli jħambaq bin-narrattiva tiegħu dwar it-tħeddid ta’ popolazzjoni li dejjem qed tikber.  

Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru Robert Abela, minkejja li qiegħed minn quddiem skont is-sondaġġ, għandu problema bil-voti Laburisti, b’mod speċjali fil-Punent u fin-Nofsinhar bil-Laburisti qed jgħidu li mhux ser jivvutaw. Dan jista’ jkun li jirriżulta li l-partiti estremisti u dawk tal-Lemin jirbħu balla voti. In-numri jindikaw ukoll li dawk li huma ta’ ċerta età għadhom bi ħġarhom mal-Labour iżda aktar ma tersaq lejn età żgħira, aktar hemm ċans li l-PN ikun viċin il-Labour bħala appoġġ.  

Dawn is-sondaġġi huma barometru tal-opinjoni pubblika, u ħafna drabi jinfluwenzaw lill-politiċi fid-deċiżjonijiet tagħhom. Is-sondaġġ tal-MaltaToday ilu aktar minn 20 sena jipprovdi numri ta’ x’qed jaħsbu n-nies dwar temi differenti. 

 

More in Socjali