Fi sforz proattiv biex tiġi żgurata s-sikurezza u l-konformità fit-toroq, il-Motorcycle Unit, Vehicle Inspectorate Unit, and Operations Response Unit ta' Transport Malta wettqu serje ta’ spezzjonijiet fit-toroq matul Novembru.
L-ispezzjonijiet saru f'65 triq, li fihom ġew spezzjonati total ta' 2370 vettura.
Waqt l-ispezzjoni, ingħataw 1181 kontravenzjoni u nħarġu total ta' 476 akkuża bħala parti mill-ispezzjonijiet ta' infurzar. L-impenn għas-sikurezza fit-toroq wassal għal 61 vettura li ġew kkonfiskati jew itteħdulhom il-pjanċa tar-reġistrazzjoni tagħhom.
Ir-riżultati ta’ dawn l-ispezzjonijiet jenfasizzaw l-impenn ta’ TM sabiex jiżamm ambjent tat-traffiku sigur.
TM saħqet permezz ta' post fuq il-midja soċjali li l-Awtorità tħeġġeġ sewwieqa jkunu aktar responsabbli fit-toroq Maltin u li se tkompli żżomm ruħha impenjata sabiex tassigura toroq sikuri.