Dokumentarju ġdid jitfa’ dawl fuq il-pandemija moderna tas-solitudni

Il-Fakultà għall-Benessri Soċjali tniedi ‘Il-Ġerħa tas-Solitudni - it-tieni edizzjoni’, dokumentarju li juri għadd ta’ stejjer ta’ nies li esperjenzaw is-solitudni

Dokumentarju li ħareġ riċentament jixħet dawl fuq il-pandemija moderna tas-solitudni. 

Id-dokumentarju maħdum mill-fakultà tas-Social Wellbeing tal-Università ta’ Malta bit-titlu ‘Il-Ġerħa tas-Solitudni - it-tieni edizzjoni’ jillustra stejjer ta’ numru ta’ persuni ġejjin minn diversi aspetti tal-ħajja li esperjenzaw is-solitudni. 

Id-dokumentarju kien prodozzjuni ta’ WE Media, b’tim imexi minn Peppi Azzopardi. 

Ħadu sehem fih nies li ġejjin mill-industrija tad-divertiment, mill-isports, żgħażagħ li pparteċipaw fl-ewwel edizzjoni ta’ Love Island Malta, nies li qegħdin iħakkmuha b’xifer mal-faqar u omm li kellha tara lil binha jintbgħat il-ħabs għal reat li kkommetta 13-il sena ilu. 

L-iktar storja li tolqot il-qalb hija dik tal-eks plejer tal-futnol internazzjonali Carmel Busuttil. Huwa tkellem fuq dak li ġarrab wara li rtira mix-xena pubblika. Jonathon Abel, preżentatur famuż tar-radju wkoll qasam l-esperjenza ta’ dieqa li għadda minnha wara li tilef lil missieru u kif sab ruħu waħdu. 

Peppi Azzopardi, qal li l-awtoritajiet iridu jieħdu azzjoni fuq dak li jgħidu u ppropona inizjattiva ġdida li ‘tadotta priġunier’. 

Waħda mill-fatturi ewlenin li ħarġu minn dan l-istudju ta’ riċerka, il-Professsur Marylyn Clark qalet li juri biċ-ċar kemm hi kwistjoni serja. 

Id-Dekan tal-fakultà, Professur Andrew Azzopardi, min-naħa tiegħu qal li minkejja li d-data turina ‘ċar kristall’, xorta tħeġġeġ lil dawk li jagħmlu l-liġi u l-politikanti biex jindirizzaw din il-kwistjoni. 

Huwa stqarr li huma għamlu l-parti tagħhom, għal darba tnejn għaliex kien sar studju ieħor fl-2022, u issa huwa f’idejn dawk li jfasslu l-politika u l-fornituri tas-servizzi biex iqumu u jaraw x’għandu bżonn isir. 

More in Socjali