L-inflazzjoni annwali ta’ Malta f’Novembru 2023 kienet ta’ 3.9%, li naqset bi 2.9% minn Novembru tal-2022.
L-inflazzjoni naqset ukoll b’0.3% mix-xahar ta’ qabel.
Ir-rata ta’ inflazzjoni annwali taż-żona tal-euro kienet ta’ 2.4% f’Novembru 2023, li naqqset bi 2.9% minn Ottubru.
Sena qabel, ir-rata kienet 10.1%. L-inflazzjoni annwali tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 3.1% f’Novembru 2023, tnaqqis minn 3.6% f’Ottubru. Fl-2022, ir-rata kienet 11.1%.
L-inqas rati annwali ġew irreġistrati fil-Belġju (-0.8%), id-Danimarka (0.3%) u l-Italja (0.6%).
L-ogħla rati annwali ġew irreġistrati fiċ-Ċekja (8.0%), l-Ungerija (7.7%), is-Slovakkja u r-Rumanija (it-tnejn 6.9%). Meta mqabbla ma’ Ottubru, l-inflazzjoni annwali naqset f’21 Stat Membru, u baqgħet stabbli fi tlieta u żdiedet fi tlieta.
F'Novembru, l-ogħla kontribuzzjoni għar-rata annwali tal-inflazzjoni taż-żona tal-euro ġiet mis-servizzi (+1.69 punti perċentwali, pp), segwiti minn ikel, alkoħol u tabakk (+1.37 pp), oġġetti industrijali mhux tal-enerġija (+0.75 pp) u enerġija. (-1.41 pp).