Agħti ħarsa lura lejn l-intervisti ta' matul l-2023

Ħarsa lejn l-intervesti li saru matul l-2023 | It-tieni parti

“In-nies jafu li jeżistu sfidi u jafdaw lilna biex insolvuhom” – Chris Bonnett, 12 ta’ Novembru 2023 

“M’aħniex Gvern perfett u żbalji għamilna. Fil-ħidma tagħna ta’ kuljum, ġieli jinqalgħu okkażjonijiet fejn tirrifletti u tgħid ‘stajt smajt iktar’ jew ‘stajt għamilt aħjar’.  

In-nies jafu li jeżistu sfidi, u jafdaw lilna biex insolvuhom. Għalhekk dakinhar wassalt messaġġ li l-familji u n-negozji se jibqgħu jsibuna billi nkomplu nieħdu d-deċiżjonijiet, nibnu fuq it-tajjeb li għamilna, u nirranġaw fejn l-affarijiet setgħu jimxu aħjar.”     

“Il-politika tal-partit kapitlu magħluq; il-kapitlu tal-politika tan-nies għadu ħaj” – Marie Louise Coleiro Preca, 19 ta’ Novembru 2023 

“Kuljum nagħmel politika, imma politika tan-nies għan-nies. Għall-politika tal-partit le, dak issa kapitlu magħluq. Nieħu gost li hemm ħafna żgħażagħ fuq spettru politiku li għandhom ħafna validità u anke biex imexxu pajjiż. Konvinta li jien posti huwa fejn jien qiegħda bħalissa, fis-settur soċjali ngħin lil dawk żvantaġġjati. Ninsab għal qalbi.”   

“Salarju ta’ sindku għandu jiddependi fuq il-popolazzjoni tal-lokalità” – Mario Fava, 26 ta’ Novembru 2023 

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL) Mario Fava saħaq li m’għandux ikun hemm salarju fiss imħallas lis-sindki. Ippropona li sindku għandu jaqla’ żieda, mhux skont il-kobor tal-lokalità, iżda skont id-daqs tal-popolazzjoni tal-lokalità. Dan jista’ jsir billi jkun rifless fil-bonus li jingħata b’rabta mas-salarju tiegħu.   

“Qegħdin nipperikolaw u nkissru s-supremezija tal-kostituzzjoni” – Tonio Borg, 03 ta’ Diċembru 2023 

“Qegħdin nipperikolaw u nkissru s-supremezija tal-kostituzzjoni. Din diffiċli biex il-Gvern jaċċettaha għax ifisser li aktar nies jistgħu jagħmlu kawża. L-Għaqda Studenti tal-Liġi għadhom kif ippubblikaw abbozz lill-Oppożizzjoni u lill-Gvern biex meta wieħed jagħmel kawża kontra l-Gvern irid japprova xi interess. M’hemmx għalfejn ikun interess “personali” imma turi interess suffiċjenti min-naħa ta’ dik il-persuna li se tiftaħ il-kawża.”   

“Fil-ħajja politika, mhux meta tidħol fiha l-importanti, imma meta toħroġ minnha” – Charles Mangion, 10 ta’ Diċembru  2023 

Meta kont qed nistudja l-liġi, niftakar kien ġie fuqi u saqsieni nitħajjarx nikkontesta għall-elezzjoni tal-1981. Ftit wara, l-istess Patrick Holland laqqagħni mal-Prim Ministru Mintoff u kien saqsieni ‘Int taf għal xiex dieħel hux? U qalli fost pariri oħra li biex tirnexxi politikament “trid tkun ħabrieki u tippersisti” u li l-aktar deċiżjoni importanti fil-ħajja politka mhux meta tidħol fiha imma meta toħroġ minnha. Nemmen li ż-żewġ pariri huma validi ħafna.    

 

More in Socjali