Il-UĦM tħabbar direttivi għall-persunal tal-Università ta’ Malta

Sett ġdid ta’ direttivi tal-UĦM huma mmirati lejn persunal amministrattiv u tekniku, mhux akkademiċi, tal-Università ta' Malta; fosthomMa ssir l-ebda komunikazzjoni bit-telefon, Ma jkunux hemm preparamenti għall-events u iktar

Il-Union Ħaddiema Magħqudin nediet sett ta’ direttivi lejn l-istaff amministrattiv, tekniku u industrijali fl-Università ta’ Malta wara li nqalgħu problemi waqt negozjati ta’ ftehim kollettiv.

Mill-5 ta’ Jannar 2024, se jidħlu fis-seħħ sensiela ta’ direttivi wara li l-UHM ħadet dan il-pass b’riżultat ta’ tilwima industrijali li kienet reġistrata fis-27 ta’ Novembru li għadda. 

Il-UHM saħqet li “t-tmexxija tal-Università kif ukoll il-Ministeru tal-Edukazzjoni baqgħu ikaxkru saqajhom biex jiġi finalizzat il-ftehim kollettiv il-ġdid ta’ dawn il-ħaddiema li ilu li skada minn Diċembru 2021.”

 Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi kif ukoll il-fatt li ma rċeviet l-ebda risposta uffiċjali fosthom meta se jkomplu n-negozjati, il-UHM ma kellha l-ebda triq oħra ħlief li tordna d-direttivi li ġejjin:

 • Ma ssir l-ebda komunikazzjoni bit-telefon (linja fissa kif ukoll ċellulari) milluffiċini u d-diversi siti tal-Università. Il-ħaddiema taċ-Child Care se jkunu jistgħu jċemplu imma mhux se jirrispondu telefon; 

• Ma ssir l-ebda komunikazzjoni mill-uffiċini u d-diversi siti tal-Università bl-email, messaġġi (verbali u mhux verbali), SMS’s jew ittri; 

• Ma ssir l-ebda komunikazzjoni mill-uffiċini u d-diversi siti tal-Università b’mezzi oħra bħal Microsoft Teams, Zoom jew xi pjattaforma oħra; 

• Ma jittieħdux minuti waqt laqgħat; 

• Ma jsirx scanning u photocopying; 

• Ma jkunx hemm ġarr ta’ għamara, tagħmir elettroniku jew oġġetti oħra; 

• Ma jkunux hemm preparamenti għal kull tip ta’ events; 

• Ma jiġix ippreparat il-kafè għal-laqgħat;

 • Ma jkunx hemm arranġamenti ta’ klassijiet;

Health & Wellness 

• Ma jagħmlux ix-xift sat-8.00pm (din ma taffetwax appuntamenti ma’ klijenti li s-servizz jingħata f’ħinijiet qabel it-8am jew wara il-5pm bi ftehim malprofessjonist); 

• Ma jsirux Teams/Zoom meetings jew in-person 

Ġardinara

 • Jibdew jagħmlu xogħol manwali fit-8.00am (imma jirraportaw għax-xogħol filħin regolari)

Kindergarten/Child Care

 • Ma jkunx hemm pjanar ta’ attivitajiet;

 • L-impjegati ma jagħtux update lill-ġenituri mill-Facebook page jew Illumine;

 • Ma jirrispondux it-telefon, imma jkunu jistgħu jċemplu; 

• Ma jkunx hemm osservazzjoni, li tinġabar għal-log book/journal tat-tfal; 

Dental 

• Titnaqqas clinical session kuljum; 

• Ma jsirx scanning ta’ X-Rays 

More in Socjali