Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li l-prodott tad-dittà Vapsolo King 10000 Disposable, m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li fih volum eċċessiv ta’ likwidu u konċentrazzjoni eċċessiva ta’ nikotina.
Barra minn hekk, it-tikkettar tal-prodott huwa qarrieqi peress li jindika li fih 0% nikotina.
Il-prodott li huwa sigarett elettroniku (20ml), jista’ jwassal għall-konsum aċċidentali ta’ doża għolja ta’ nikotina - li hija hija tossika b'mod akut u tista’ tipperikola s-sigurtà tal-utent notevolment, jekk il-prodott jiġi f’kuntatt mal-ġilda jew jiġi inġerit.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jħeġġeġ lill-konsumaturi jiċċekkjaw regolarment fuq il-pjattaforma online ‘Safety Gate’ fil-link: (https://ec.europa.eu/safety-gate/) biex jiżguraw li prodott ma jkunx elenkat bħala prodott perikoluż.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il- pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili