L-Erbgħa, żagħżugħ ta’ 16-il sena ġie mixli li ħebb għal ommu, li kienet disa’ xhur tqila, b’sikkina ma’ għonqha filwaqt li offendiha quddiem oħtu ta’ erba’ snin.
L-allegat inċident seħħ bejn il-ħamsa u s-sebgħa ta’ filgħaxija fir-residenza tal-omm f’Ħ’Attard.
Isem it-tifel ma jistax jissemma minħabba li huwa minorenni. Iż-żagħżugħ wieġed mhu ħati għall-akkużi kontrih.
Il- Pulizija mid-distrett ta’ Birkirkara rċevew telefonata mingħand l-omm, li infurmaw lill-Pulizija ta’ kontra l-vjolenza domestika.
L-omm qalet lill-pulizija li l-argument bejnha u bejn binha kien qed jeskala. Mal-wasla tal-pulizija, sabu l-omm tibki fuq barra tal-blokka tal-appartament u imbeżża’. Hija spjegat kif l-argument li nqala’, eskala u binha stess heddidha li jaħarqilha l-karozza tagħha u tas-sieħeb tagħħa wkoll. Hija qalet li binha wkoll ħebb għaliha b’sikkina.
L-Ispettur Audrey Micallef qalet li ma kien l-ebda ġrieħi u li l-omm kienet fi stat ta’ xokk fejn ttieħdet fi klinika biex jassiguraw li ma kienx hemm problemi għas-saħħa tagħha u tat-tarbija.
It-tifel tela’ fuq il-bejt, għoli tliet sulari, għax beżgħa li se jieħduh il-pulizija. Pulizija minnhom li mar fuq il-post biex jevita xi inċident kien irnexxielu jaqbdu minn rasu u ħatfu. Wara arrestaw lill-akkużat.
Meta saret it-talba għall-pleġġ mid-difiża, l-prosekuzzjoni oġġezzjonat filwaqt li l-Avukat tal-parte civile qal li ma kienx ċert imma għas-sigurtà tal-omm, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
L-Avukat Mark Mifsud Cutajar, li deher għall-vittma, qal li ommu rabbitu waħedha u li dan il-każ inħoloq minn sensiela ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn, li l-ewwel bdew minn inċidenti minuri li eskalaw. Qal li meta ddiskuta mal-omm, din kienet bejn ħaltejn dwar jekk għandux jieħu tagħlima.
Cutajar sostna li f’dan l-istadju huma importanti s-sigurtà tal-omm u li hemm tifla ta’ erba’ snin fin-nofs “u dan il-famuż sieħeb tal-omm”.
Minn naħa tagħha d-difiża qalet li dan mhux każ ta’ xi tifel li huwa ‘bully’ imma każ ta’ tifel nieqes mill-imħabba, li għandu diversi problemi mediċi bil-kundizzjoni tal-ADHD u li jtemtem.
Fl-awla kien hemm ukoll missier it-tifel.
It-tifel xtaq jirranġa l-gwardarobba għax kienet se tinkiser imma ommu ma ħallitux u nfexxet tgħajjat miegħu.
“F’ħin minnhom ommu qaltlu li kien dalwaqt se jasal is-sieħeb tagħha, u hawn hu qalilha – ‘le għax dak tagħni xeba’ u ħallni.” Qalilha li ħadd mhu qed jisimgħu u jagħti kasu u li ma kellux fejn jorqod bħal ħaddieħor – il-verità hi li l-omm kellha erba’ ‘partners’ f’ħajjitha u t-tifel jinsab imkisser” – qalet id-difiża, filwaqt li sostniet li t-tifel għandu bżonn għajnuna.
L-Avukat qal li t-tifel qieħed jibki sabiex xi ħadd jagħti kasu.
Vera m’għandux jersaq lejn “Ħ’Attard u per eżempju jogħod Ħaż- Żabbar u joqgħid biss hemm. Ġieli tagħmel jumejn ma jersaqx lejn id-dar, imma issa hawn il-missier li se jkun hemm miegħu u missieru għandiu x’jitlef jekk ma jobdiex.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Joseph Gatt ċaħdet it-talba għal libertà proviżorja.
Dehru wkoll l-avukati Ezekiel Psaila u Dustin Camilleri.