Il-President ta’ Malta George Vella ppresjieda l-ġurament tal-ħatra ta’ Ministru u tliet segretarji parlamentari ġodda fil-kabinettġewwa l-Palazz Presidenzjali l-Belt fil-Palazz Presidenzjali l-Belt.
Tliet segretarji parlamentari nħatru s-Sibt, wara reshuffle fil-kabinett, meta l-Prim Ministru Robert Abela għamel għadd ta’ bidliet fil-kabinett tal-ministri.
Chris Bonett ħa l-gurament tal-ħatra bħala Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi.
Tliet segretarji parlamentari li ħadu l-ġurament it-Tnejn, huma Malcolm Paul Agius Galea li nħatar Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Omar Farrugia li nħatar Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Glenn Bedingfield – li nħatar Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika.