Mill-2021 sal-aħħar ta’ Diċembru 2023 ġew irrappurtati 568 rapport li jinvolvu 630 persuna li huma ġenituri u vittmi ta’ vjolenza domestika minn uliedhom.
Dan b’rabta ma’ mistoqsija parlamentari li saret minn Paula Mifsud Bonnici t-Tnejn li għadda rigward kemm saru rapporti lill-Pulizija bejn l-2018 u l-2023, maqsuma sena b’sena minn ġenituri li allegatament ġew abbużati minn uliedhom jew minn wieħed jew waħda minn uliedhom. Barra minn hekk hija saqsiet ukoll kemm minn dawn il-ġenituri kellhom 60 sena u aktar.
Il-Ministru responsabbli Byron Camilleri kompla jispjega kif minn dawn il-225 persuna kienu missirijiet u 405 kienu ommijiet. 165 mill-ommijiet u 150 mill-missirijiet kellhom sittin sena jew aktar.
Il-Ministru saħaq li f’kull każ fejn kien hemm evidenza tar-reat irrappurtat, ittieħdu passi kriminali fil-Qorti kontra l-allegati aggressuri, tant li f’dan il-perjodu ttieħdet azzjoni f’461 każ kontra l-persuni involuti.