Il-Bord tal-Ippjanar approva l-proġett sabiex Malta tikseb it-tieni interconnector u b’hekk ittejjeb il-konnettività tagħha mal-Grid Elettriku Ewropew.
Il-proġett ġie approvat unanimament mill-Bord.
Il-proġett jinvolvi primarjament it-tqegħid ta’ offshore and onshore cable, fuq distanza ta’ 122km, bejn l-Istazzjon tat-Terminal tal-Magħtab u s-substation ta’ Ragusa fi Sqallija.
Ix- xogħlijiet jinkludu wkoll il-bini ta’ joint bays taħt l-art u t-trenching, cable jointing u l- installazzjoni bejn l-Istazzjonijiet.
L-ewwel interconnector ġie kkummisjonat fl-2015. It-tieni interconnector jista' jitqies bħala estensjoni tal-ewwel wieħed li se jiffaċilità l- integrazzjoni ta’ proġetti ta’ enerġija rinnovabbli fuq skala akbar billi jipprovdi grid stabbli u estensiva.
Il-proġett se jaħseb ukoll għal sitwazzjonijiet ta’ kontinġenza u anke emerġenza bħal ħsara temporanja fil-cables eżistenti u interruzzjoni tal-provvista tal-LNG għall-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija domestiċi.