Skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) permezz ta’ tagħrif mogħti minn Jobsplus juri li kien hemm żieda fil-provvisti tal-ħaddiema 7.3% full-time.
Dan wassal biex in-numru ta’ ħaddiema impejati full-time laħaq in-numru 275,369.
F’Awwissu 2023, l-Attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn u l-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel kienu l-aktar żewġ oqsma li wasslu għaż-żieda fix-xogħol, meta mqabblin maʼ Awwissu 2022.
Ix-xogħol full-time irreġistrat fis-settur privat telaʼ bi 18,775 persuna għal 223,020. L-impjiegi fis-settur pubbliku naqsu b’10 għal 51,375.
L-għadd taʼ nies irreġistrati li jaħdmu għal rashom full-time telaʼ bʼ749 meta mqabbel maʼ Awwissu 2022, mentri l-għadd taʼ persuni rreġistrati bħala impjegati żdiedu bi 18,016.
L-irġiel li jaħdmu full-time żdiedu b’7.6%, filwaqt li n-nisa żdiedu bʼ6.9%, fuq is-sena taʼ qabel.
FʼAwwissu tal-2023, l-impjiegi rreġistrati bħala part-time żdiedu bʼ6.2% meta mqabblin ma’ Awwissu 2022.
L-oqsma li l-aktar wasslu għal din iż-żieda kienu l-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi, is-settur tat-Trasport u l-ħażna.
Skont l-istatistika, l-għadd taʼ nies li kellhom kemm impjieg part-time kif ukoll ieħor full-time laħqu il-41,475, żieda taʼ 8.6% meta mqabbel mal-istess xahar fl-2022. I
Il-persuni li kellhom biss impjieg part-time kienu jammontaw għal 36,447, żieda taʼ 3.6% meta mqabbla mal-istess xahar fl-2022.