Se jittella’ programm edukattiv għall-anzjani fil-Mużew tal-Ħaġar f’Għawdex

Permezz ta’ ftehim se jittella’ programm edukattiv għall-anzjani fil-Mużew tal-Ħaġar f’Għawdex fejn se jiġi diskuss diversi suġġetti fosthom l-arti, il-gżira Għawdxija u l-iżvilupp soċjo-ekonomiku

Ġie iffirmat ftehim bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-komunità u l-Mużew tal-Ħaġar f’Għawdex li permezz tiegħu se jiġi organizzat programm edukattiv tal-Università tat-Tielet età (U3A) għall-anzjani.

Dan il-programm edukattiv ġewwa “Il-Ħaġar, Heart of Gozo Museum” huwa maqsum fuq suġġetti varji. Fosthom ser jiddiskutu iktar fid-dettall l-arti; il-gżira Għawdxija; l-iżvilupp soċjo-ekonomiku; fost diversi suġġetti oħra. 

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ppreseda l-iffirmar ta’ dan il-ftehim.

Il-Ministru Abela spjega kif l-Università tat-Tielet Età toffri xejn inqas minn 50 kors fis-sena għal iżjed minn 700 membru li l-età tagħhom tvarja minn 60 sena sa ‘l fuq minn 85 sena.

Abela temm jgħid li sessjonijiet bħal dawn ikomplu jgħinu l-anzjani  jkabbru l-għarfien tagħhom kif ukoll jgħinhom iżommu l-moħħ attiv u jżommu kuntatt fil-komunità.

More in Socjali