"A: Quddiem ma jkunx skullat b’tali mod li jidher il-fond tas-sider
B: Wara ma jkunx skullat aktar minn quddiem
Ċ: L-ispallejn ikunu mgħottija sa nofs id-distanza bejn il-minkeb u l-ispalla
D: Ma jkunx hemm trasparenza fil-partijiet miltuba li jkunu mgħottija f’A,B,Ċ; u ma jkunx hemm trasparenza mill-irkupptejn ‘il fuq
Dawk li diġà ordnaw l-ilbiesi li ma jilħqux il-kriterji hawn fuq imsemmija għandhom jitolbu li jiżdied xall apposta."
“Il-libsa li teżalta l-partijiet sesswali tal-għarusa bħalma huwa skullar quddiem li jikxef partijiet mis-sider, spallejn mikxufa, dahar skullat, ħwejjeġ trasparenti, u l-bqija, twassal messaġġ ċar ta’ senswalità. Il-persuna tħossha tiswa daqskemm tħossha senswali!”, tgħid l-ittra.
L-Isqof ta’ Għawdex, Anton Teuma, żied jgħid li “ Il-knisja tissejjaħ awla liturġika li għandha r-regoli tagħha dwar dak li jista’ jsir u li ma jistax isir. Kien għalhekk li ħarġu d-direttivi dwar il-ward, il-mużika u l-fotografija waqt it-tiġijiet”.
Huwa kompla jgħid li bħalma ċertu postijiet, pereżempju fuq post tax-xogħol, fil-qrati, skejjel jew l-isptar għandhom ilbies addattat, sew ukoll l-knisja għandha dresscose tagħha. “ Il-knisja tibqa’ d-Dar ta’ Alla anki fit-tiġijiet!”
Fl-aħħar tal-ittra, l-Isqof Teuma jgħid “Nifhem li dan kollu jista’ jidher sikkatura żejda. Imma fil-fatt mhux hekk! Fil-fatt, dawn id-dettalji jwasslu biex ikollkom ċelebrazzjoni ta’ vera, aktar sagra milli senswali, aktar sagrament u inqas show, aktar awtentika u inqas artifiċjali.