Raġel Indjan ta' 49 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa' madwar żewġ metri.
Għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li ddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ serjament f’residenza privata li tinsab fi Triq Salvatore Cachia Zammit, Birżebbuġa.
Mill-istħarriġ li sar irriżulta li raġel weġġa’ wara li waqa’ madwar żewġ metri. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura fejn iktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ