L-eks chairperson tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) qed tiddubita dwar in-nuqqas li wera l-Gvern sabiex jipprevenji kwalunkwe impat soċjali tad-deċiżjoni meħuda dwar l-legalizzazzjoni tal-kannabis.
Dan qalitu l-psikoterapista Mariella Dimech waqt intervista fuq stazzjon tar-radju, intervistata minn Andrew Azzopardi.
Hija għandha esperjenza estensiva fuq it-trattament tad-droga hekk kif li qattgħet 21 sena taħdem mal-Caritas.
Ir-riforma saret mingħajr ebda preparazzjoni
Waqt il-programm, Azzopardi staqsa x’inhi l-opinjoni tagħha dwar l-emendi proposti riċentament għal-liġijiet ta’ Malta dwar id-droga.
“Jekk ivvizzjat imur il-ħabs ivvizzjat, ivvizzjat joħroġ…” qalet Dimech, filwaqt li saħqet li wara kull ivvizzjat hemm familja b’uġigħ, kif ukoll vittmi oħra.
“Meta naħsbu dwar liġi, ma nistgħux naħsbu biss fl-interessi tal-vizzju, iżda wkoll is-soċjetà inġenerali....” stqarret Dimech hi u tispjega li pjan ta’ liġi biex jgħin lil ivvizjati mhuwiex biżżejjed iżda hemm bżonn ta’ aproċċ differenti lejn il-kannabis.
“Meta għaddew il-liġi, ma kien hemm xejn diġà ppreparat. Allura n-nies tħawdu .... l-affarijiet mhumiex ċari.”
Dimech ukoll indirizzat l-implikazzjonijiet bħala riżultat taż-żieda fuq l-ammonti ta’ pussess ta’ droga. Dawn huma ammonti li jinstemgħu minn speċjalist tad-droga waqt il-qorti. “Meta qed ngħidu li mhux se nagħtu kas għall-ammont ta’ drogi sabiex niddeċiedu [fuq il-kastig]... x’inhi l-problema [li qed tiġi indirizzata]? Kriminalità jew vizzju?”
“Imma min-naħa l-oħra ma nistgħux ngħidu biss ‘issa għandna qrati tad-droga’... mhux biżżejjed li niġi u ngħidilkom li kellna 500 persuna jgħaddu minn qrati tad-droga u rċievew pjan ta’ trattament. Ordni ta’ trattament mhux bilfors ifisser li l-persuna se tkun f’faċilità ta’ rijabilitazzjoni residenzjali.”
Dimech kompliet tgħid li meta persuna tingħata pjan ta’ trattament jista’ li wieħed sempliċiment jattendi laqgħat mal-uffiċjal tal-probation tiegħu u jmur għat-terapija. “Imma kemm hemm nies hemmhekk jafu li jekk tieħu l-kokaina llum, fi żmien tlett ijiem mhux se tidher fuq test tad-droga? Forsi le, imma nies li jużawha jagħmluha,” spjegat Dimech.
Inqas nies il-ħabs għal reati tad-droga jirriżulta f’piż akbar fuq l-uffiċjali tal-probation u l-qrati tad-droga, qalet, waqt li staqsiet x’preparazzjoni saret biex wieħed jipprepara għaliha.
“Kulħadd jaf il-verità. L-istatistika turi żieda kbira fl-użu tal-kannabis u l-kokaina. Ma nistgħux inħarsu biss lejn il-legalità tas-sitwazzjoni. Irridu nitkellmu wkoll dwar aktar informazzjoni dwar qrati tad-droga, ordnijiet ta’ trattament, kemm huma effettivi, u min huma l-professjonisti li se jevalwaw dawn l-affarijiet ġodda.”
Dimech sostniet li r-rakkomandazzjonijiet li saru minn għaqdiet li joperaw fis-settur tal-kura għall-vizzju tad-droga, bħall-Caritas u l-Oasi, iridu jingħataw l-istess piż ta’ xogħol bħall-gvern. “Irridu niġbru r-riżorsi kollha tagħna u ma rridux ngħaġġlu l-affarijiet. F’dan il-pajjiż hemm problema kbira bid-droga, b’saħħa mentali, dipressjoni, suwiċidji. Ma nistgħux ilaħħqu.”
Dimech kompliet twissi li la darba jinfetħu l-bibien għandna nieqfu u nevelwaw il-konsegwenzi li jistgħu jaffetwaw is-saħħa mentali.
Dimech qalet lil Azzopardi li fl-2022 kien hemm żieda ta’ każijiet fl-emerġenza tal-isptar b’rabta mad-drodi.
Azzopardi jistaqsiha dwar it-tkeċċija tagħha mill-ARUC
Azzopardi staqsa x’kien wassal għat-tkeċċija tagħha mill-ogħla kariga fl-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Cannabis (ARUC), li għadha kif ġiet iffurmata.
Dimech qalet li ma ngħatatx raġuni valida, u li ma kinitx ippreparata għall-istampa negattiva li segwieta. “Qatt ma immaġinajt li se tkun esperjenza daqshekk diffiċli.... Ma stennejtx artikli fuqi bħala persuna...”
Il-liġi kienet milqugħa b’entużjażmu iżda fil-verità ma kien sar xejn għat-tħejjija tal-introduzzjoni tagħha. “L-aspett legali sar iżda ma kien hemm l-ebda bażi jew tħejjija. U r-riżultati huma ċari: il-fatt li l-użu tal-kannabis illegali ma naqasx huwa inkwetanti.”
Dimech tkellmet fuq kif ħafna implikaw li f’sena ma għamlet xejn, iżda hija spjegat li minkejja n-nuqqas ta’ riżorsi u l-uffiċċju żgħir li kellha, ħadmet ħafna u qattgħet ħafna sigħat taħdem mid-dar. “Naf li s-suċċessur tiegħi ma jistax jgħid li ma sab xejn lest.”
L-akbar problema tal-kannabis, qalet Dimech, hija n-nuqqas ta’ informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku. Skotha, l-inforazzjoni li hem disponibbli hija fornuta fuq livell politiku.
“Irridu nibnu soċjetà fejn professjonisti u nies b’esperjenza jħossuhom liberi li jagħtu l-opinjonijiet tagħhom.”
Il-psikoterapista qalet li qatt ma kinet interressata fi-politika u qatt ma basret li kienet se tirċievi awk il-kummenti politiċi kollha. Hija kompliet tlissen, b’leħen imbikkem li ma setgħtex temmen l-attakki u ummenti li bdiet tlaqqat, uħud mill-kummenti jgħidu li hija ħadet din il-kariga biss għal raġuni ta’ flus.
“L-opinjoni tiegħi m’għandha x’taqsam xejn mal-politika.”
Fl-istess programm, Dimech ċaħdet -allegazzjoni ta’ konsulenza. “Jien mhux konsulent. Qed nagħmel riċerka, - li kont bdejt fl-2009, taħt in-Nazzjonalisti, bilfors -....u li rrid inkompli. Hija riċerka fuq skala nazzjonali li trid issir permezz tal-gvern.