Skont statsitika tal-Eurostat, Malta tinsab fost l-inqas pajjiżi li għamlet użu minn enerġija rinovabbli (10.1%) fl-2022.
Fl-2022, l-enerġiji rinnovabbli fl-Unjoni Ewropea (UE) ammontaw għal 41.2% tal-konsum tal-elettriku. Fost l-inqas pajjiżi li użaw enerġija rinovabbli nsibu wkoll lill-Ungerija (15.3%), iċ-Ċekja (15.5%) u l-Lussemburgu (15.9%).
Fl-2022, is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-UE kienu jammontaw għal 3.4 punti perċentwali aktar mill-2022 (37.8%). B'kollox, is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli żdiedu b'5.7% mill-2021 sal-2022.
Fl-UE r-riħ u l-idroenerġija ammontaw għal aktar minn żewġ terzi tal-elettriku totali ġġenerat minn sorsi rinnovabbli (37.5% u 29.9%, rispettivament). It-terz li jifdal tal-elettriku ġie mix-xemx (18.2%), bijokarburanti solidi (6.9%) u sorsi oħra rinnovabbli (7.5%). L-enerġija solari hija s-sors li qed tikber b'rata mgħaġġla: fl-2008 kienet tammonta biss għal 1 % tal-elettriku kkunsmat fl-UE.
Il-maġġoranza tal-konsum tal-elettriku tal-Isvezja fl-2022 ġie minn sorsi rinnovabbli (83.3 %) segwit mid-Danimarka (77.2%) u l-Awstrija (74.7 %).