Nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Frar, is-sewwieqa tal-pjanċi Y se jipprotestaw f’forma ta’ car cade dwar l-impożizzjonijiet attwali tal-operaturi tal-pjanċa Y fis-settur tal-industrija. Il-protesta se sseħħ speċifikament dwar l-istrateġiji tal-prezzijiet attwali li qed jiġu adottati minn pjattaformi msieħba.
Il-maġġoranza tas-sewwieqa huma self-employed u jaħdmu billi jużaw app. Dan qed iħallu impatt fuq is-sostenibbiltà tal-operatur ż-żgħir, u b'hekk jeffettwa l-qligħ tagħhom.
Is-sewwieqa huma msieħba ma’ pjattaformi fuq bażi ta' kummissjoni: vjaġġ jitlesta mill-operatur u imbagħad jitħallas ħlas ibbażat fuq kummissjoni mill-pjattaforma.
L-Assoċjazzjoni tal-Operaturi tal-Passiġġieri qalet li trid li l-mudelli tal-prezzijiet attwali jiġu evalwati mill-ġdid mill-pjattaformi. Qalet ukoll li s-sewwieqa qiegħdin jaffaċċjaw sfidi ġodda fl-ekonomija tal-lum. "Operatur indipendenti jagħmel ħinu, jaħti l-enerġija u anke investiment finanzjarju sabiex jopera fl-industrija, u dan qed jiġi mminat minn prezzijiet bbażati fuq mudell kummerċjali mhux sostenibbli, li jaffettwa l-għajxien tal-operatur."
L-Assoċjazzjoni qalet li ta’ kuljum qed tara sewwieq li jżarmaw minn xogħlhom hekk kif “is-sitwazzjoni tibki għall-għajnuna”.
Il-protesta se tibda minn parkeġġ fis-suq tal-bdiewa f’Ta’ Qali fit-8am nhar l-Erbgħa 28 ta’ Frar, li imbagħad f’car cade d-dimostrazzjoni se ddur mat-toroq Maltin b’mod paċifiku.