Il-gvern għandu jerfa’ r-responsabbiltà għat-traġedja ta’ Jean Paul Sofia, qalet l-Oppożizzjoni.
B’reazzjoni għar-rapport tal-inkjesta ppubblikat nhar l-Erbgħa, il-Kap Bernard Grech qal li r-riżultati tal-inkjesta juru għaliex il-gvern kien sod li ma jniediex l-inkjesta pubblika.
Grech saħaq li l-inkjesta nnifisha turi li n-nuqqasijiet tal-gvern wasslu biex jaqa' bini u jinqatel Jean Paul Sofia.
Il-Kap Nazzjonalista sostna li l-Inkjesta Pubblika tikkonferma l-ħtieġa ta’ inkjesta separata mill-Inkjesta Maġisterjali, u li minnha ħarġu fatti li qatt ma setgħu joħorġu minn Inkjesta Maġisterjali.
Huwa stqarr li l-insistenza tal-partit, flimkien mal-familja tal-vittma, kienet “valida”.
"Għamel minn kollox hu biex vvota u ġiegħel lill-grupp parlamentari tiegħu biex jivvota kontra l-mozzjoni biex issir inkjesta pubblika," qal Grech.
Temm jgħid li r-rakkomandazzjonijiet kollha għandhom jiġu implimentati fl-intier tagħhom.
‘Għal darb’oħra l-istat jinżamm responsabbli għal mewt’ – Għaqda Repubblika
Għaqda Repubblika saħqet lill-istat talli “għal darb’oħra nstab responsabbli” għal mewta oħra.
Għaqda Repubblika kienet qed tirreferi għall-konklużjonijiet tal-Inkjesta Pubblika dwar il-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia.
Qal li l-PM għandu r-responsabbiltà li jiżgura li dawk responsabbli jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom għal dak li ġara.
“L-Istat huwa magħmul minn persuni li ingħataw inkarigu u li qed jitħallsu tajjeb għalih. L-istat huwa persuni li għandhom isem u kunjom u li fl-aħħar mill-aħħar, Il-Prim Ministru iġorr ir-responsabilità jekk huma ma jerfgħuhiex” qalet.