MEP Cyrus Engerer jistaqsi fejn kienu l-ministri f'Jum il-Mara

L-MEP Laburista Cyrus Engerer permezz ta’ story post fuq Instagram kiteb għaliex l-ebda Ministru jew Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljnaza ma kienu preżenti għall-marċ f'Jum il-Mara

“Il-Marċ tan-Nisa kien l-ikbar marċ”, hekk kiteb l-MEP Laburista Cyrus Engerer permezz ta’ story post fuq Instagram filwaqt li rrimarka n-nuqqas ta' politiċi li ma attendewx għall-marċ. 

Engerer kompla jgħid li “ninsab diżappuntat. Aħna biss, li l-Ministru/Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza li ma kinux preżenti? B’Kabinett ta’ 27 persuna, għall-inqas waħda ma setgħetx kienet preżenti?”

Huwa żieda jistaqsi “Fejn kien Nisa Laburisti? Fejn kien FOIPN? Għaliex l-anqas waħda mill-22 mara eletta fil-parlament ma attenditx?”

Huwa żied jgħid li “l-atmosfera kienet ferm iktar qawwija minn qatt qabel, fejn nisa trans, mhux-binarji u alleati qed iqumu għad-drittijiet u l-ġustizzja f’Malta – għall-ugwaljanza.”

Engerer faħħar liċ-chairperson tal-ADPD Sandra Gauci u lill-kopresident tal-Volt Alexia Debono talli attendew, iżda rrimarka li Randolph Debattista u hu nnifsu biss kienu l-uniċi politiċi eletti li attendew.

Il-Ġimgħa, nisa attivisti, nisa trans u dawk mhux binarji, flimkien ma’ alleati femministi nġabru l-Belt Valletta f’Jum il-Mara. 

It-tema għal din is-sena kienet “Magħqudin għal-Liberazzjoni Kollettiva” bil-għan li jenfasizzaw l-importanza ta’ għaqda biex issir bidla kontra l-opressjoni u l-inġustizzja li taffaċċja l-mara. 

In-nisa li attendew sostnew li d-drittijiet li jgawdu minnhom illumil-ġurnata huwa grazzi għal dawk in-nisa kuraġġjużi li ma qagħdux lura u ġġieldu għad-drittijiet tagħhom. 

Tul il-marċ ġew imfakkra diversi nisa bħal Bernice Cilia u Sion Grech. L-attivisti u dawk preżenti ftakru f’dawk għadhom qed jistennew il-ġustizzja hija ġustizzja rrifjutata. 

More in Socjali