Lassane Cisse jagħlaq ħames snin mejjet

Fl-għeluq il-ħames snin mill-mewt ta' Lassane Cisse, Moviment Graffitti tfakkar li l-familja tal-vittma għadha tistenna l-ġustizzja

Is-6 ta’ April jimmarka l-ħames anniversarju mill-qtil ta’ Lassana Cisse.

Fis-6 ta’ April, 2019, Lassana Cisse, li kien immigrant f'Malta, safa vittma ta’ attakk minn żewġ persuni f'Birżebbuġa.  

Cisse, u żewġ vittmi oħra, Ibrahim Bah u Mohammed Jallow, ġew attakkati "minħabba l-kulur tal-ġilda tagħhom." 

Żewġ suldati off-duty tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM), Lorin Scicluna u Francesco Fenech kienu ġew akkużati bil-qtil ftit jiem wara.

Fi stqarrija maħruġa fl-anniversarju ta' mewtu, Moviment Graffiti kkundannat id-dewmien fil-ġustizzja u ddeskriviet l-attakk bħala tentattiv ikkalkulat biex iqajjem il-biża’ fi ħdan il-komunità tal-imigranti.

 

“Ħames snin wara u l-familja ta’ Lassana u ż-żewġ vittmi l-oħra għadhom qed jistennew il-ġustizzja,” il-Moviment Graffiti qalu.

Żiedu jgħidu li l-attakki kienu megħjuna minn lingwa, politiki u liġjiet lokali relatati mall-immigrazzjoni u bbażati fuq in-narrattiva li l-immigranti huma ‘bnedmin inqas minna’.

More in Socjali