L-approvazzjoni kontroversjali ta’ razzett tan-nagħaġ ta’ tliet sulari f’wied verġni fil-Bidnija, baqgħet ma’ ratx id-dawl, jekk kif il-Bord tal-Ippjanar irrevoka unanimament id-deċiżjoni meħuda fl-2019 filwaqt li ordna li l-applikazzjoni tiġi riproċessata.
Wara din id-deċiżjoni approvata b'10 voti, l-iżviluppatur se jkollu "jerġa' jippubblika" l-applikazzjoni li se tmur lura għall-istadji inizjali.
Kieku l-PA sempliċement irrevokat il-permess, l-iżviluppatur kien ikollu jerġa’ japplika biex ‘jissanzjona’ dak li issa sar żvilupp illegali.
Iżda ġaladarba ttieħdet din id-deċiżjoni, l-applikazzjoni trid tiġi mgħoddija lill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi biex jiġi determinat jekk hemmx bżonn ta’ Evalwazzjoni tal-Impatt Ambjentali (EIA) jew le.
Ir-razzett tan-nagħaġ ġie approvat fuq sit ta’ 3,200 sq.m ġewwa l-Wied tal-Ħżejjen tal-Bidnija fuq sit magħżul bħala buffer zone għal sit Natura 2000, dettall li tħalla barra fir-rapport oriġinali tal-case officer li rrakkomanda l-approvazzjoni tiegħu.
Kienet l-ommissjoni ta’ dan id-dettall li wasslet għad-deċiżjoni tal-lum.