Kowċis u plejers ta’ fama internazzjonali awguraw lill-fondazzjoni Maltija dwar riċerka tal-kanċer, li ġiet imwaqqfa biss ftit ġimgħat ilu.
Filwaqt li l-Ewropa tat bidu lil EURO 2024, Filippo Inzaghi, Javier Zanetti, Marcello Lippi, Nicola Amoruso, Bruno Pizzul, Bryan Robson u aktar, ingħaqdu f’messaġġ wieħed.
“Billi tinvesti fir-riċerka, Malta wkoll tista’ ssawwar il-futur tal-kura tal-kanċer,” l-es plejer ta’ Manchester United Bryan Robson qal.
“B’dan l-investiment, nistgħu ngħaġġlu u nittrasformaw il-kura tal-kanċer,” il-kowċ u eks plejer ta’ Liverpool Sammy Lee żied jgħid.
Ftit jiem qabel il-Jum Nazzjonali għal min rebaħ il-battalja kontra l-kanċer, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażażgħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti ħabbar it-twaqqif ta’ fondazzjoni li bħalissa qed tmexxi ċ-Ċentru tar-Riċerka u l-Innovazzjoni dwar il-Kanċer f’Malta.
L-għan ta’ din il-fondazzjoni hu li tintegra l-istrateġiji ta’ riċerka u innovazzjoni tal-pajjiż biex ikun hemm allinjament mal-għanijiet u strateġiji tal-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-kanċer.
Christian Scerri sar iċ-Chairperson tal-fondazzjoni, wara snin jirriċerka hu stess is-suġġett.