Tfajliet ta’ 13 il-sena f’Malta u r-Rumanija huma l-iktar fiċ-ċans li juru sinjali ta’ “użu tal-midja soċjali problematiku” fost il-pajjiżi kollha li pparteċipaw fl-istudju dwar l-Imgiba tas-Saħħa fil-Ħin ta’ l-Iskola (HBSC) li sar fl-2022, lejn it-tmiem tal-pandemija.
Aktar minn 280,000 tifel u tifla ta’ 11, 13, u 15-il sena ġew ikkonsultati f'44 pajjiż u fl-Ewropa, l-Asja Ċentrali, u l-Kanada.
Fl-istudju, l-użu tal-midja soċjali problematiku huwa assoċjat ma' sinjali ta' mġiba kompulsiva u huwa mkejjel b’mod xjentifiku bl-użu ta' skala internazzjonali rikonoxxuta.
L-istudju juri li 28% tat-tfal ta’ 13-il sena ġew ikkunsidrati bħala users tal-midja soċjali ‘problematiċi’, filwaqt li l-medja internazzjonali kienet ta’ 16%.
Iktar minn hekk, fi studju dwar x'impatt kellha l-pandemija fuq il-mġiba online, il-perċentwali tat-tfal ta’ 13-il sena li juru sinjali ta’ użu problematiku tal-midja soċjali żdiedet minn 20% fl-2018 għal 28%.
Filwaqt li l-użu problematiku tal-midja soċjali fost it-tfal Maltin żdiedet f'kulma t-tliet gruppi ta' età differenti gew evalwati fl-istudju, il-perċentwali ta’ subien li juru l-istess sinjali instabet li naqsu jew baqa' l-istess bħal dik imsemmija fl-2018.
Ir-rapport juri li Malta (18%) kienet it-tieni wara r-Rumanija (22%) fil-rapportar ta’ użu problematiku tal-midja soċjali, segwita mill-Bulgarija (17%). L-iktar prevalenza baxxa instabet fl-Olanda (5%).
L-istħarriġ juri wkoll li 56% tat-tfal Maltin ta’ 13-il sena rrappurtaw kuntatt kontinwu online ma’sħabhom, filwaqt li l-medja internazzjonali għal tfajliet fl-istess grupp kienet ta’ 41%.
11% ta’ dawk li rrispondew kienu involuti bil-mod problematiku fil-midja soċjali fl-2022, filwaqt li kienet biss 7% fl-2018 – indikazzjoni ta’ żieda qawwija f’quddiem il-ġeografia ta’ użu problematiku tal-midja soċjali fost iz-zaghzagh wara l-pandemija.
L-użu problematiku tal-logħob online fost is-subien
Malta rrapurtat rata ħafna ogħla ta’ mudelli ta’ logħob online problematiku fost it-13-il pajjiż .
L-istħarriġ juri li l-użu problematiku tal-gaming jilħaq il-qofol tiegħu fost is-subien ta’ 15-il sena, bi 27% juru sinjali ta’ mġieba ta’ vizzju. Madankollu, il-perċentwali ta’gaming problematiku huwa wkoll evidenti fost is-subien ta’ 11-il sena (24%) u is-subien ta’ 13-il sena (26%).
B'mod ġenerali, l-istudju sab li r-rata ta' online gaming problematiku kienet l-ogħla f'Malta (19%) u l-aktar baxxa fl-Olanda (5%).
Ir-rapport jagħmel ċar li l-ħin mogħti online mhuwiex neċessarjament ta’ ħsara u, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, huwa filfatt ta’ benefiċċju. Madankollu, fost minoranza “problematiċi,” instab li l-użu tal-midja soċjali kien assoċjat ma’ sintomi simili f’vizzju.
Sinjali ta’ użu problematiku online jinkludu l-injorar ta’ attivitajiet oħra, u nuqqas ta’ kontroll fuq l-użu tal-midja soċjali, fost oħrajn.