Il-Funeral tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona sar dalgħodu fil-Konkatidral praesente cadavere, bil-bankijiet mimlijin nies isellmu l-memorja ta’ dan ir-raġel kbir.
Il-funeral, organizzat mill-istat u l-knisja, ra qassisin, figuri prominenti u ċikku l-poplu jingħaqdu sabiex jonoraw il-memorja l-Arċisqof Emeritu.
L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona ħalla din id-dinja nhar it-Tlieta fl-eta’ ta’ 79 sena. Hu twieled il-belt fil-25 ta’ Jannar tal-1946. Huwa ddeddika ħajtu lill-Knisja u anke serva bħala Arċisqof ta’ Malta minn Jannar tal-2007 sakemm irriżenja f’Ottubru tal-2014. Huwa qal li dan għamlu minħabba raġunijiet ta’ saħħa, u nieżel minn din il-karriga fl-eta’ ta’ 68 sena meta laħaq warajh l-Arċisqof Charles Scicluna.
Il-Quddies tal-funeral saret mill-Arċisqof Scicluna u kienet miftuħa għall-pubbliku. Cremona ħa jindiffen f’ċerimonja privata fil-knisja ta’ San Duminku fir-Rabat.
Fost dawk li attendew kien hemm il-President Myriam Spiteri Debono flimkien mar-raġel tagħha Anthony Spiteri Debono, il-Prim Ministru Robert Abela ma’ martu Lydia, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca u l-Kardinal Mario Grech li ġie minn Ruma għall-okkażjoni.