
David Duchovny u Tea Leoni jiddivorzjaw
Ilhom għaddejjin bil-proċess minn Ġunju li għadda

Skont is-sit TMZ il-koppja Duchovny Leoni ddivorzjaw imma żammewha kwietha. Fil-fatt ilhom minn Ġunju li poġġew il-karti u ddeċidew il-kundizzjonijiet bejniethom. Duchovny poġġa d-dokumenti u r-raġuni li ta kienet li m'hemmx possibbilta' li l-problemi fi żwieġhom jitranġaw.
Skont it-termini tad-divorzju tagħhom, il-kustodja taż-żewġ uliedhom, li għandhom 12 u 15-il sena, hi tagħhom it-tnejn. Għalkemm primarjament huma se jgħixu magħha. Duchovny u Leoni t-tnejn joqogħdu fl-istess inħawi ta' New York għalhekk il-kustodja ta' wliedhom m'għandhiex tkun daqshekk ikkumplikata.
L-attur, li kiseb il-fama mis-serje X-Files, se jħallas €6,200 fix-xahar f'manteniment għat-tfal, kif ukoll spejjeż oħra marbuta ma' vaganzi, skejjel u kulleġġi. Il-manteniment ta' martu se jiġih kważi €30,000 fix-xahar.
Il-koppja żżewġet fl-1997 u sseparaw l-ewwel darba fl-2008. Imbagħad reġgħu sseparaw fl-2011.