
Il-Prinċep Harry jirrakkonta dwar l-orrur tal-Afganistan
Il-Prinċep Harry kien isiefer lura d-dar regolarment ma' suldati u ċivili midruba

Fuq The Sunday Times, il-Prinċep Harry kiteb dwar l-esperjenza li ġarrab is-sena li għaddiet meta żar darbtejn l-Afganistan bħala parti minn xogħlu fl-Armata. Fit-tieni żjara tiegħu ra tfal u suldati milquta minn bombi fit-toroq. Xogħlu bħala kaptan li jsuq il-ħelikopters Apache kien li jeħodhom fl-isptar tal-bażi militari.
"Qatt ma rajt b'għajnejja feriti mġarrba minn splussivi improvvizzati (IEDs). It-telf ta' ħajjiet dejjem hu traġiku u ta' qsim il-qalb. Imma li tara ġuvintur żgħar - ħafna iżgħar minni - imgeżwrin fil-plastik u b'riġlejhom jew idejhom neqsin, b'mijiet ta' tubi ħerġin minn ġisimhom, kienet xi ħaġa li qatt ma kont ippreparat għalija."
Il-kodiċi 'Op vampire' li kien jużaha biex javżaha lit-tim mediku li l-midruba jeħtieġu ħafna demm għandha tkexkixlu ġismu sal-lum meta jiftakar fiha.