
Is-sieħba ta' George Clooney imqabbda tinvestiga reati tal-gwerra f'Gaża
Amal Alamuddin, avukat tad-drittijiet umani Ingliża, tqabbdet mill-Ġnus Magħquda biex teżamina l-possibbiltà ta' ksur ta' liġi internazzjonali fl-Istrixxa ta' Gaża.

Amal Alamuddin, din id-darba spiċċat fuq l-aħbarijiet mhux minħabba r-relazzjoni li għandha ma' George Clooney, imma għax tqabbdet mill-Ġnus Magħquda tindaga reati tal-gwerra f'Gaża minn Ġunju ta' din is-sena. Se tkun taħdem ma' żewġ avukati prominenti oħra f'din il-kummissjoni indipendenti mwaqqfa mill-Kunsill għad-Drittijiet Umani mill-Ġnus Magħquda.
Jekk jirriżulta li twettqu reati, il-kummissjoni se tissuġġerixxi kif dawk responsabbli se jitressqu quddiem il-ġustizzja kif ukoll jiġu protetti ċ-ċivili minn aktar attakki. Mistenni li sa Marzu tal-2015 jiġi ppreżentat ir-rapport li tkun ħadmet fuqu l-kumissjoni.
Alamuddin ħadmet fi tribunal internazzjonali li eżamina l-qtil tal-eks Prim Ministru Lebaniż Rafik Hariri u għenet lill-eks Kap tal-Ġnus Magħquda, Kofi Annan, fl-isforzi tiegħu li jġib il-paċi fis-Sirja.