
Illum tista' tilbes li trid...
Illum tiġi ċċelebrata l-ġurnata li fiha tista' tilbes dak li jiftillek

Illum ilbes l-ewwel ħaġa li taqagħlek mill-gwardarobba
Illum tiġi mfakkra l-ġurnata fejn kulħadd jista' jilbes li jrid. Xi ħaġa ejja-ħa-mmorru, ta' kafkaf, bl-addoċċ, xi libsa li tixgħel u taraha minn seba' mili bogħod. Illum tista' tilbes l-ewwel ħaġa li taqagħlek mill-gwardarobba, toqgħodx tagħti kas x'jaqbel u ma jaqbilx.
Is-17 ta' Ottubru hija l-ġurnata fejn min irid jidher, jista'.
Jekk int xi wieħed, jew waħda minn dawk li dejjem tilbes hekk, m'hemmx għalfejn tagħti kas, illum ħa tħossok komdu ħdejn l-oħrajn.
More in Zekzik