
Iż-żwieġ ġablu iktar sikurezza
Minkejja li kienu ilhom flimkien għal dawn l-aħħar disa’ snin, Brad Pitt stqarr li mindu żżewweġ lis-sieħba tiegħu Angelina Jolie, iħoss aktar sikurezza fir-relazzjoni tagħhom.

Il-koppja Brad Pitt u Angelina Jolie
“Kien jum inkredibbli,” qal l-attur fuq World News Tonight (programm Amerikan li jaxxandar fuq ABC) dwar it-tieġ li seħħ f'Awwissu li għadda, fl-istess żmien li kien qed jiffilmja hawn Malta.
Żied jgħid, “U naħseb li żdiedet is-sikurezza li tiġi miegħu.”
Il-koppja kienet wegħdet li mhux se tiżżewweġ qabel ma dan isir legali għall-koppji omosesswali peress li jemmnu f'ugwaljanza għal kulħadd. Fil-Kalifornja, fejn huma jgħixu, din is-sitwazzjoni nbidlet is-sena li għaddiet.
More in Zekzik