Il-President tal-PL idabbar ċitazzjoni f'Għawdex

Daniel Micallef urtat għax ingħata ċitazzjoni meta jħoss li l-gwardjan li kien viċin seta' avżah li ma mmarkax il-ħin fuq l-arloġġ

Is-sorpriża li sab tistennieh il-President tal-partit Laburista f'Għawdex
Is-sorpriża li sab tistennieh il-President tal-partit Laburista f'Għawdex

Daniel Jose Micallef

Stajt avżajtni Sur Warden No.67 (peress li kont 10 metri 'l bogħod) mhux ħallejtni nallarga u żewġ minuti wara faqqajtli ċitazzjoni - arloġġ kelli, imma peress li ma nkunx kuljum Għawdex, u tabella quddiemi ma rajtx, ma kontx naf li trid tagħmlu.

Propju dalgħodu waqt il-kungress tqajjem il-punt (negattiv) dwarkom. Nifhem dejjem aktar minn fejn ġejja l-antipatija (ħa nkun diċenti) lejkom. 

Grazzi

Daniel Micallef ħareġ ir-rabja kollha tiegħu għal dan l-aġir tal-gwardjan li skont hu kien biss 10 metri bogħod minnu u flok qallu biex jagħmel l-arloġġ ħallih jidħol fl-istabbilment u tah iċ-ċitazzjoni. Dan kollu wieħed jista' jaqrah fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu fejn kienu l-ħafna li taw il-veduti tagħhom fejn kulħadd qabel miegħu. Ħafna semmewlu l-fatt li dawn l-affarijiet jiġru regolarment fil-gżira Għawdxija speċjalment fuq turisti barranin u anke Maltin.

Tant hu hekk li fl-istess kungress tal-partit filgħodu tqajjem dan il-fatt fis-sala fejn attivisti, u negozjanti Għawdxin talbu lill-amministrazzjoni Laburista biex jieħdu ħsieb il-gwardjani f'Għawdex li qed inaffru lit-turist minn din il-gżira. Ir-risposta kienet li qed isiru r-riformi tal-gwardjani.

U fil-fatt din iċ-ċitazzjoni li dabbar il-President Laburista kompliet issostni dak li tkellmu d-delegati waqt il-kungress għax is-suġġett ħareġ aktar fil-beraħ.

More in Zekzik