
Min se jieħu l-kustodja tal-klieb?
Mariah Carey u żewġha Nick Cannon għadhom ma ftehmux x’se jsir mit-tmien klieb tagħhom.

Minbarra l-kustodja tat-tewmin u kif se jinqasam il-ġid tal-koppja, li jammonta għal £325 miljun, Mariah Carey u żewġha Nick Cannon iridu jiddeċiedu wkoll għand min se jmorru l-klieb tagħhom. Il-koppja għandhom tmien klieb bejniethom b’ismijiet imżewqin: The Good Reverend Pow Jackson, Mutley P Gore Jackson The Third, Jill E Beans, Pipitty Jackson, Cha, Jackie Lambchops, JJ u Speak E Beans. Huma kemm-il darba dehru fil-pubbliku ma’ wħud mill-klieb tagħhom u l-kantanta saħansitra tellgħet wieħed minnhom fuq il-palk waqt wieħed mit-tours tagħha fl-2012 fl-Ażja.
Il-koppja żżewġet sitt snin ilu wara li kienu ilhom flimkien sitt ġimgħat biss u ġeddet il-voti taż-żwieġ is-sena li get f’ċerimonja lussuża f’Disneyland. Bejn Carey u Cannon hemm 11-il sena differenza fl-età.